+Artikolu 4 Eżenzjonijiet mill-miżuri ta' kontroll
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 Eżenzjonijiet mill-miżuri ta' kontroll

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

L-Artikolu 3 ma għandux japplika fil-każ ta':

(a) 

sustanza użata għal riċerka fuq skala tal-laboratorju jew bħala standard ta' referenza;

(b) 

sustanza preżenti bħala kontaminant fi traċċi mhux intenzjonat, kif speċifikat fl-entrati rilevanti tal-Anness I jew II, f'sustanzi, taħlitiet jew oġġetti.

Artikolu 4 2.
Għal sustanza miżjuda mal-Anness I jew II wara l-15 ta' Lulju 2019, l-Artikolu 3 ma għandux japplika għal perjodu ta' sitt xhur jekk dik is-sustanza tkun preżenti f'oġġetti manifatturati qabel id-data jew fid-data li fiha dan ir-Regolament isir applikabbli għal dik is-sustanza.

L-Artikolu 3 ma għandux japplika fil-każ ta' sustanza preżenti f'oġġetti li diġà jintużaw qabel id-data jew fid-data li fiha dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 sar applikabbli għal dik is-sustanza, skont liema minnhom kienet l-ewwel.

Hekk kif isir jaf b'oġġetti kif imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar dan.

Kull meta l-Kummissjoni tiġi informata b'dan jew issir taf b'xi mod ieħor b'oġġetti bħal dawn, għandha, fejn xieraq, tinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 4 3.
Meta sustanza tkun elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II, Stat Membru li jixtieq jagħti permess, sal-iskadenza speċifikata fl-Anness rilevanti, għall-manifattura u l-użu ta' dik is-sustanza bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, għandu jinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar dan.

Notifika bħal din tista' ssir biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a) 

wara t-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, annotazzjoni ġiet imdaħħla fl-Anness rilevanti, permezz ta' att delegat adottat abbażi tar-raba' subparagrafu;

(b) 

il-manifattur juri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-manifattur huwa stabbilit li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP, filwaqt li jkun żgurat li tiġi kkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha;

(c) 

il-manifattur juri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-manifattur huwa stabbilit li s-sustanza hija prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa u li mhuwiex mistenni li l-bnedmin jew l-ambjent se jkunu esposti għal xi kwantitajiet sinifikanti tas-sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha;

(d) 

il-manifattur jinforma lill-Istat Membru dwar id-dettalji tal-manifattura totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza kkonċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, filwaqt li jispeċifika l-ammont ta' kwalunkwe kontaminazzjoni fi traċċi mhux ittrasformata u mhux intenzjonata bi kwalunkwe materjal tal-bidu ta' POP fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett finali.

Fi żmien xahar mit-tressiq tan-notifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru għandu jikkomunika n-notifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, u għandu jagħti dettalji dwar il-manifattura totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza kkonċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, filwaqt li jispeċifika l-ammont ta' kwalunkwe kontaminazzjoni fi traċċi mhux ittrasformata u mhux intenzjonata bi kwalunkwe materjal tal-bidu ta' POP fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett finali.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Annessi I u II billi ddaħħal l-annotazzjonijiet espressament għall-fini li tawtorizza l-manifattura u l-użu, bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness relevanti, u sabiex temenda l-iskadenzi f'tali annotazzjonijiet f'każijiet fejn, wara notifika ripetuta mill-Istat Membru kkonċernat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, jinħareġ kunsens espliċitu jew taċitu fil-Konvenzjoni għall-kontinwazzjoni tal-manifattura u l-użu tas-sustanza għal perjodu ieħor.

Artikolu 4 4.
Skart li jikkonsisti minn, li fih jew li jkun ikkontaminat b'xi waħda mis-sustanzi elenkati fl-Anness IV huwa rregolat permezz tal-Artikolu 7.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.