|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Meta sustanza tkun elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II, Stat Membru li jixtieq jagħti permess, sal-iskadenza speċifikata fl-Anness rilevanti, għall-manifattura u l-użu ta' dik is-sustanza bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, għandu jinnotifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar dan. Notifika bħal din tista' ssir biss jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:
(a)
wara t-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, annotazzjoni ġiet imdaħħla fl-Anness rilevanti, permezz ta' att delegat adottat abbażi tar-raba' subparagrafu;
(b)
il-manifattur juri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-manifattur huwa stabbilit li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP, filwaqt li jkun żgurat li tiġi kkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha;
(c)
il-manifattur juri lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-manifattur huwa stabbilit li s-sustanza hija prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa u li mhuwiex mistenni li l-bnedmin jew l-ambjent se jkunu esposti għal xi kwantitajiet sinifikanti tas-sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha;
(d)
il-manifattur jinforma lill-Istat Membru dwar id-dettalji tal-manifattura totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza kkonċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, filwaqt li jispeċifika l-ammont ta' kwalunkwe kontaminazzjoni fi traċċi mhux ittrasformata u mhux intenzjonata bi kwalunkwe materjal tal-bidu ta' POP fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett finali. Fi żmien xahar mit-tressiq tan-notifika lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru għandu jikkomunika n-notifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, u għandu jagħti dettalji dwar il-manifattura totali attwali jew stmata u l-użu tas-sustanza kkonċernata u dwar in-natura tal-proċess limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, filwaqt li jispeċifika l-ammont ta' kwalunkwe kontaminazzjoni fi traċċi mhux ittrasformata u mhux intenzjonata bi kwalunkwe materjal tal-bidu ta' POP fis-sustanza, fit-taħlita jew fl-oġġett finali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex temenda l-Annessi I u II billi ddaħħal l-annotazzjonijiet espressament għall-fini li tawtorizza l-manifattura u l-użu, bħala prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa, ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness relevanti, u sabiex temenda l-iskadenzi f'tali annotazzjonijiet f'każijiet fejn, wara notifika ripetuta mill-Istat Membru kkonċernat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, jinħareġ kunsens espliċitu jew taċitu fil-Konvenzjoni għall-kontinwazzjoni tal-manifattura u l-użu tas-sustanza għal perjodu ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|