+Artikolu 7 Immaniġġjar tal-iskart
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.

Artikolu 7 Immaniġġjar tal-iskart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Il-produtturi u d-detenturi tal-iskart għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jevitaw, fejn possibbli, il-kontaminazzjoni ta' dan l-iskart bis-sustanzi elenkati fl-Anness IV.
Artikolu 7 2.
Minkejja d-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE ( 3 ), skart li jikkonsisti minn, li jinkludi jew li jkun ikkontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandu jintrema jew jiġi rkuprat, mingħajr dewmien żejjed u b'konformità mal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, b'tali mod li jiġi żgurat li l-kontenut ta' POPs jinqered jew jiġi ttrasformat b'mod irreversibbli sabiex l-iskart u l-emissjonijiet li jibqa' ma jurux il-karatteristiċi ta' POPs.

Waqt li jsir dan ir-rimi jew l-irkupru, kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness IV tista' tiġi iżolata mill-iskart, dment li din is-sustanza sussegwentement tintrema b'konformità mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 7 3.
Operazzjonijiet ta' rimi jew irkupru li jistgħu jwasslu għall-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew l-użu mill-ġdid waħedhom tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu pprojbiti.
Artikolu 7 4.

B'deroga mill-paragrafu 2:

(a) 

skart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, dment li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart ikun taħt il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV;

(b) 

Stat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata minn dak l-Istat Membru jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, iħallu skart elenkat fil-Parti 2 tal-Anness V li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'sustanza elenkata fl-Anness IV sal-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fil-Parti 2 tal-Anness V, jiġi ttrattat b'xi mod ieħor b'konformità ma' wieħed mill-metodi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

id-detentur ikkonċernat ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li d-dekontaminazzjoni tal-iskart b'referenza għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV ma kinitx fattibbli, u li l-qerda jew it-trasformazzjoni reversibbli tal-kontenut ta' POPs, imwettqa b'konformità mal-aħjar prattika ambjentali jew l-aqwa tekniki disponibbli, ma tirrappreżentax l-għażla preferibbli għal raġunijiet ambjentali u li l-awtorità kompetenti sussegwentement awtorizzat l-operazzjoni alternattiva;

(ii) 

id-detentur ikkonċernat ikun ipprovda informazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kontenut ta' POPs fl-iskart;

(iii) 

l-operazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-miżuri addizzjonali rilevanti msemmija fil-paragrafu 5;

(iv) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-ġustifikazzjoni għaliha.

Artikolu 7 5.
Il-Kummissjoni, fejn xieraq, u filwaqt li tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali rilevanti u kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nnominata minn dak l-Istat Membru b'konformità mal-paragrafu 4 u l-Anness V, tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-format tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri b'konformità mal-punt (b)(iv) tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(3).
Artikolu 7 6.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kontroll u t-traċċabilità, b'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE, ta' skart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'sustanza elenkata fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.