|
+Artikolu 7 4. |
Artikolu 7 4.B'deroga mill-paragrafu 2:
(a)
skart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, dment li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart ikun taħt il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV;
(b)
Stat Membru jew l-awtorità kompetenti nnominata minn dak l-Istat Membru jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, iħallu skart elenkat fil-Parti 2 tal-Anness V li jkun fih jew li jkun ikkontaminat b'sustanza elenkata fl-Anness IV sal-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fil-Parti 2 tal-Anness V, jiġi ttrattat b'xi mod ieħor b'konformità ma' wieħed mill-metodi elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
id-detentur ikkonċernat ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li d-dekontaminazzjoni tal-iskart b'referenza għas-sustanzi elenkati fl-Anness IV ma kinitx fattibbli, u li l-qerda jew it-trasformazzjoni reversibbli tal-kontenut ta' POPs, imwettqa b'konformità mal-aħjar prattika ambjentali jew l-aqwa tekniki disponibbli, ma tirrappreżentax l-għażla preferibbli għal raġunijiet ambjentali u li l-awtorità kompetenti sussegwentement awtorizzat l-operazzjoni alternattiva;
(ii)
id-detentur ikkonċernat ikun ipprovda informazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kontenut ta' POPs fl-iskart;
(iii)
l-operazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-miżuri addizzjonali rilevanti msemmija fil-paragrafu 5;
(iv)
l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Istati Membri l-oħra, lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-ġustifikazzjoni għaliha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|