+Artikolu 8 1.

Artikolu 8 1.

Minbarra l-kompiti allokati lilha skont l-Artikoli 9, 10, 11, 13 u 17 ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

bi qbil mal-Kummissjoni, tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali deżinjati tal-Istati Membri u lill-membri tal-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“Forum”), kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati kif xieraq, bl-assistenza teknika u gwida xjentifika sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament;

(b) 

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament;

(c) 

tipprovdi appoġġ u kontribut tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sustanzi li jistgħu jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, filwaqt li jitqiesu, kif xieraq, ir-riżultati minn skemi ta' valutazzjoni eżistenti msemmija fl-Artikolu 3(3);

(d) 

tippubblika fis-sit web tagħha avviż li l-Kummissjoni se tħejji proposta għall-elenkar ta' sustanza, tistieden lill-partijiet interessati kollha jressqu kummenti fi żmien tmien ġimgħat, u tippubblika dawk il-kummenti fis-sit web tagħha;

(e) 

tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-appoġġ tekniku u xjentifiku fit-tħejjija u r-rieżami tal-profil tar-riskju u tal-evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju ta' sustanza kkunsidrata taħt il-Konvenzjoni, tistieden lill-partijiet interessati kollha jressqu kummenti jew informazzjoni addizzjonali, jew it-tnejn, fi żmien tmien ġimgħat u tippubblika dawk il-kummenti fis-sit web tagħha;

(f) 

meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u xjentifiku fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Konvenzjoni, partikolarment fir-rigward tal-Kumitat ta' Verifika tal-POPs;

(g) 

tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), il-punt (b)(iv) tal-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). Meta tali niformazzjoni ma tkunx kunfidenzjali, l-Aġenzija għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli pubblikament fis-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni rilevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);

(h) 

tistabbilixxi u żżomm taqsimiet fis-sit web tagħha għal kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;

▼M17

(i) 

fuq talba tal-Kummissjoni, tfassal u tippreżenta rapport fi żmien 12-il xahar mit-talba dwar l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent u l-impatti soċjoekonomiċi tal-introduzzjoni jew l-emendar tal-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV jew V.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.