+Artikolu 8 Kompiti tal-Aġenzija u tal-Forum
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 1a.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8 Kompiti tal-Aġenzija u tal-Forum
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Minbarra l-kompiti allokati lilha skont l-Artikoli 9, 10, 11, 13 u 17 ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
bi qbil mal-Kummissjoni, tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali deżinjati tal-Istati Membri u lill-membri tal-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“Forum”), kif ukoll lill-partijiet ikkonċernati kif xieraq, bl-assistenza teknika u gwida xjentifika sabiex tiżgura l-applikazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament;
(b)
meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni b'input tekniku u xjentifiku u tgħinha sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi ta' dan ir-Regolament;
(c)
tipprovdi appoġġ u kontribut tekniku u xjentifiku lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sustanzi li jistgħu jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, filwaqt li jitqiesu, kif xieraq, ir-riżultati minn skemi ta' valutazzjoni eżistenti msemmija fl-Artikolu 3(3);
(d)
tippubblika fis-sit web tagħha avviż li l-Kummissjoni se tħejji proposta għall-elenkar ta' sustanza, tistieden lill-partijiet interessati kollha jressqu kummenti fi żmien tmien ġimgħat, u tippubblika dawk il-kummenti fis-sit web tagħha;
(e)
tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-appoġġ tekniku u xjentifiku fit-tħejjija u r-rieżami tal-profil tar-riskju u tal-evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju ta' sustanza kkunsidrata taħt il-Konvenzjoni, tistieden lill-partijiet interessati kollha jressqu kummenti jew informazzjoni addizzjonali, jew it-tnejn, fi żmien tmien ġimgħat u tippubblika dawk il-kummenti fis-sit web tagħha;
(f)
meta tintalab, tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u xjentifiku fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Konvenzjoni, partikolarment fir-rigward tal-Kumitat ta' Verifika tal-POPs;
(g)
tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli għall-Kummissjoni u għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), il-punt (b)(iv) tal-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). Meta tali niformazzjoni ma tkunx kunfidenzjali, l-Aġenzija għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli pubblikament fis-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni rilevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);
(h)
tistabbilixxi u żżomm taqsimiet fis-sit web tagħha għal kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
▼M17
(i)
fuq talba tal-Kummissjoni, tfassal u tippreżenta rapport fi żmien 12-il xahar mit-talba dwar l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent u l-impatti soċjoekonomiċi tal-introduzzjoni jew l-emendar tal-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV jew V.
|
|
Artikolu 8 1a.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (i), għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-iskart li jkun jikkonsisti minn POP, li jkun fih POP jew li jkun ikkontaminat bihom, inklużi l-impatti fuq l-immaniġġjar tal-iskart;
(b)
informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u l-flussi tal-massa tal-POP fil-flussi tal-iskart rilevanti u dwar il-kapaċitajiet tat-trattament u t-trattament tal-iskart;
(c)
analiżi tal-impatti tal-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni differenti meqjusa fit-tfassil tar-rapport;
(d)
proposta motivata għall-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni li jridu jiġu introdotti fl-Anness IV u, kif xieraq, fl-Anness V.
Malli tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (i), l-Aġenzija għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż li se jitħejja rapport dwar emenda possibbli tal-Anness IV jew V. L-avviż għandu jistieden ukoll lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi tal-iskart u l-utenti ta’ materjali riċiklati, biex iressqu kummenti fi żmien tmien ġimgħat. L-Aġenzija għandha tippubblika dawk il-kummenti fuq is-sit web tagħha. Mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (i), ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija, stabbilit skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jadotta opinjoni dwar ir-rapport u dwar il-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni proposti fih. Għal dak l-għan, l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu japplika mutatis mutandis. L-Aġenzija għandha mbagħad tippreżenta ir-rapport u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika dwar il-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-Forum għandu jintuża biex jikkoordina netwerk tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. Il-membri tal-Forum li huma maħtura minn Stat Membru għandhom jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni adegwata bejn il-kompiti tal-Forum u x-xogħol tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tagħhom. Il-Forum għandu jinvolvi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati membri responsabbli mill-iskart meta jittratta kwistjonijiet relatati mal-iskart.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Is-Segretarjat tal-Aġenzija għandu jwettaq il-kompiti allokati lill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|