+Artikolu 8 1a.

Artikolu 8 1a.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (i), għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent tal-iskart li jkun jikkonsisti minn POP, li jkun fih POP jew li jkun ikkontaminat bihom, inklużi l-impatti fuq l-immaniġġjar tal-iskart;

(b) 

informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u l-flussi tal-massa tal-POP fil-flussi tal-iskart rilevanti u dwar il-kapaċitajiet tat-trattament u t-trattament tal-iskart;

(c) 

analiżi tal-impatti tal-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni differenti meqjusa fit-tfassil tar-rapport;

(d) 

proposta motivata għall-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni li jridu jiġu introdotti fl-Anness IV u, kif xieraq, fl-Anness V.

Malli tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (i), l-Aġenzija għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha avviż li se jitħejja rapport dwar emenda possibbli tal-Anness IV jew V. L-avviż għandu jistieden ukoll lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi tal-iskart u l-utenti ta’ materjali riċiklati, biex iressqu kummenti fi żmien tmien ġimgħat. L-Aġenzija għandha tippubblika dawk il-kummenti fuq is-sit web tagħha.

Mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (i), ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija, stabbilit skont l-Artikolu 76(1), il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandu jadotta opinjoni dwar ir-rapport u dwar il-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni proposti fih. Għal dak l-għan, l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu japplika mutatis mutandis.

L-Aġenzija għandha mbagħad tippreżenta ir-rapport u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika dwar il-valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.