+Artikolu 13 1.

Artikolu 13 1.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, Stat Membru għandu jfassal, u jippubblika rapport li jkun fih:

(a) 

informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar attivitajiet ta' infurzar, ksur u penali;

(b) 

informazzjoni miġbura min-notifiki riċevuti skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iv) tal-Artikolu 7(4);

(c) 

informazzjoni miġbura mill-inventarji tal-emissjonijiet imfassla skont l-Artikolu 6(1);

(d) 

informazzjoni dwar l-implimentazzjoni b'konformità mal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni mfassla skont l-Artikolu 9(2);

(e) 

informazzjoni dwar il-preżenza fl-ambjent ta' sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness III, kif miġbura skont l-Artikolu 10;

(f) 

data statistika u ta' monitoraġġ annwali dwar l-ammont totali attwali jew stmat tal-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, inklużi indikaturi, mapep ġenerali u rapporti rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw ir-rapport annwalment sakemm tkun disponibbli data jew informazzjoni ġdida u altrimenti mill-inqas kull tliet snin.

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija aċċess għall-informazzjoni li jkun fihom ir-rapporti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.