+Artikolu 13 Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13 Monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, Stat Membru għandu jfassal, u jippubblika rapport li jkun fih:
(a)
informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar attivitajiet ta' infurzar, ksur u penali;
(b)
informazzjoni miġbura min-notifiki riċevuti skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iv) tal-Artikolu 7(4);
(c)
informazzjoni miġbura mill-inventarji tal-emissjonijiet imfassla skont l-Artikolu 6(1);
(d)
informazzjoni dwar l-implimentazzjoni b'konformità mal-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni mfassla skont l-Artikolu 9(2);
(e)
informazzjoni dwar il-preżenza fl-ambjent ta' sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness III, kif miġbura skont l-Artikolu 10;
(f)
data statistika u ta' monitoraġġ annwali dwar l-ammont totali attwali jew stmat tal-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness I jew II, inklużi indikaturi, mapep ġenerali u rapporti rilevanti.
L-Istati Membri għandhom jaġġornaw ir-rapport annwalment sakemm tkun disponibbli data jew informazzjoni ġdida u altrimenti mill-inqas kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija aċċess għall-informazzjoni li jkun fihom ir-rapporti.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Meta Stat Membru jikkondividi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-EEA”), dak l-Istat Membru għandu jindika dan fir-rapport u, meta jagħmel hekk, għandu jitqies li jkun issodisfa l-obbligi ta’ rapportar tiegħu skont dak il-punt. Meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), tkun inkluża fir-rapport ta’ Stat Membru mogħti lill-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tittrażmetti l-informazzjoni lill-EEA biex tiġbor, taħżen u tikkondividi dik l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Rigward is-sustanzi elenkati fil-Konvenzjoni, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, għandha, fl-intervalli determinati mill-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni, tfassal rapport abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri lill-Aġenzija b'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 1 u tikkomunikah lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-Aġenzija għandha tiġbor u tippubblika rapport ta' sintesi tal-Unjoni abbażi tad-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li tkun ippubblikata jew innotifikata mill-Istati Membri. Ir-rapport ta' sintesi tal-Unjoni għandha tinkludi, skont il-każ, indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatt ta' dan ir-Regolament, mapep tal-ħarsa ġenerali tal-Unjoni u r-rapporti tal-Istati Membri. Ir-rapport ta' sintesi tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata mill-Aġenzija mill-inqas darba kull sitt xhur jew wara li tasal talba mingħand il-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-informazzjoni minima li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluża d-definizzjoni ta' indikaturi rilevanti, mapep u rapporti ta' sintesi msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1021
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|