+Artikolu 6b Eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi tqal
---+Artikolu 6b 1.
---+Artikolu 6b 2.
---+Artikolu 6b 3.
---+Artikolu 6b 4.
---+Artikolu 6b 5.
---+Artikolu 6b 6.

Artikolu 6b Eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi tqal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6b 1.
Jekk manifattur jirreġistra anqas minn 100 vettura tqila ġdida ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji kif previst fl-Artikolu 4 u fil-punt 2.7 tal-Anness I u l-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi kif previst fl-Artikolu 6 u fil-punt 4.1 tal-Anness I għandhom jiġu stabbiliti għal “0” għal dak il-perijodu ta’ rapportar.
Artikolu 6b 2.
Meta japplika l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji u tal-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ma għandhomx jiġu inklużi fil-pubblikazzjoni tad-data skont l-Artikolu 11 għall-manifatturi u għall-perijodi ta’ rapportar ikkonċernati.
Artikolu 6b 3.

L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika f’perijodu ta’ rapportar partikolari fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

(a) 

jekk il-manifattur jitlob dan;

(b) 

jekk il-manifattur jitlob trasferiment ta’ vetturi tqal f’konformità mal-Artikolu 6a;

(c) 

jekk il-manifattur ikun parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi li rreġistraw b’mod kollettiv aktar minn 100 vettura tqila f’dak il-perijodu ta’ rapportar jew ikun parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi li jinkludi manifattur li għalih japplika l-punt (a) jew (b).

Artikolu 6b 4.
Il-manifatturi li ma jkunux parti minn grupp fis-sens tal-paragrafu 3, il-punt (c), għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk ikunu rreġistraw anqas minn 100 vettura tqila f’perijodu ta’ rapportar partikolari.
Artikolu 6b 5.
Il-manifatturi li għalihom ma tapplikax l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f’kull perijodu ta’ rapportar dwar l-impriżi kollha konnessi magħhom li għalihom tapplika l-eżenzjoni.
Artikolu 6b 6.
Il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni għall-fini tal-paragrafi 4 u 5 billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.