|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tindika:
(a)
mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 4;
(b)
mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);
(c)
mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 6;
(d)
mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2041, għal kull manifattur, it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tiegħu, il-krediti tal-emissjonijiet tiegħu u, mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2041, id-djun tal-emissjonijiet tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7;
(e)
mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);
(f)
mill-1 ta’ Lulju 2020, il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għall-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti. Il-lista li trid tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara sena li fiha jkun intemm perijodu ta’ referenza għandha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ddeterminati f’dak il-perijodu ta’ referenza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|