+Artikolu 11 Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni ta’ manifattur
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
|
Artikolu 11 Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni ta’ manifattur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tindika:
(a)
mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 4;
(b)
mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);
(c)
mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 6;
▼M1
(d)
mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2041, għal kull manifattur, it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tiegħu, il-krediti tal-emissjonijiet tiegħu u, mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2041, id-djun tal-emissjonijiet tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7;
(e)
mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);
▼B
(f)
mill-1 ta’ Lulju 2020, il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għall-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti.
Il-lista li trid tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara sena li fiha jkun intemm perijodu ta’ referenza għandha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ddeterminati f’dak il-perijodu ta’ referenza.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 1 meta:
(a)
l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jiġu emendati, għajr emendi relatati maċ-ċifri tat-tagħbija u tal-għadd ta’ passiġġieri użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2, b’tali mod li l-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal rappreżentattivi speċifikati skont il-paragrafu 3 jiżdied jew jonqos b’aktar minn 5 g CO2/km; f’tali każijiet l-emissjonijiet ta’ referenza aġġustati għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-punt 1 tal-Anness II u ċ-ċifri l-ġodda għandhom jiġu ppubblikati bħala komplement għaċ-ċifri preċedenti, filwaqt li jiġi indikat il-perijodu ta’ rapportar meta japplikaw għall-ewwel darba;
(b)
l-Annessi jkunu ġew emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f); f’tali każijiet l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ppubblikati qabel għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid f’konformità mal-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-parametri emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f), us-sett ikkalkolat mill-ġdid ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għandu jiġi ppubblikat u għandu jissostitwixxi l-emissjonijiet ta’ referenza preċedenti mill-perijodu ta’ rapportar li fih il-parametri emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f), japplikaw għall-ewwel darba.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Fejn il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huma emendati kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jew jispeċifikaw inkella jistabbilixxu metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi, inklużi l-ponderazzjonijiet statistiċi tagħhom u ċ-ċifri tat-tagħbija u tal-għadd ta’ passiġġieri li jridu jintużaw għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-metodoloġija għandha tkun il-bażi għall-kalkolu tal- aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i), ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li titqies id-data ta’ monitoraġġ irrapportata skont dan ir-Regolament u l-karatteristiċi tekniċi msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|