+Artikolu 12 L-emissjonijiet tas-CO2u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.

Artikolu 12 L-emissjonijiet tas-CO2u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġbor regolarment data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali ta’ vetturi tqal bl-użu ta’ apparat abbord ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u għandha tibda tagħmel dan bil-vetturi tqal ġodda rreġistrati mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat kif dik ir-rappreżentanza qed tevolvi maż-żmien.

Artikolu 12 2.

Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parametri li ġejjin relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali ta’ vetturi tqal ikunu disponibbli għaliha f’perijodi ta’ żmien regolari, mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, mill-manifatturi, l-awtoritajiet nazzjonali jew permezz tat-trasferiment dirett ta’ data mill-vetturi, skont il-każ:

(a) 

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(b) 

il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati;

(c) 

id-distanza totali koperta;

(d) 

it-tagħbija;

(e) 

għal vetturi elettriċi tqal ibridi li jiġu ċċarġjati esternament, il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati, u d-distanza koperta, distribwiti fuq modalitajiet ta’ sewqan differenti;

(f) 

parametri oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu ssodisfatti.

Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data li tirċievi taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex toħloq sett ta’ data anonimizzata u aggregata, inkluż skont il-manifattur, għall-finijiet tal-paragrafu 1. In-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi għandhom jintużaw biss għall-fini tal-ipproċessar ta’ dik id-data u ma għandhomx jinżammu aktar milli jkun hemm bżonn għal dak il-fini.

Artikolu 12 3.
Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tkompli tiżdied, mhux aktar tard minn sentejn u ħames xhur wara d-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista’ tintuża biex jiġi żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija tal-vetturi stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali fuq tul ta’ żmien għal kull manifattur.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta fuq kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi, u, bil-għan li tiġi evitata żieda f’dik id-diskrepanza, fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 ’il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġislattiva biex timplimenta tali mekkaniżmu.

Artikolu 12 4.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-proċedura dettaljata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.