+Artikolu 13 Verifika tal-emissjonijiet tas-CO2ta’ vetturi tqal waqt is-servizz
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 Verifika tal-emissjonijiet tas-CO2ta’ vetturi tqal waqt is-servizz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fil-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent imsemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400 li jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal waqt is-servizz kif stabbiliti skont dak ir-Regolament.
Artikolu 13 2.
Wara d-dħul fis-seħħ tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw, għal dawk il-manifatturi li ngħataw liċenzja biex joperaw l-għodda ta’ simulazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, abbażi ta’ kampjuni ta’ vetturi xierqa u rappreżentattivi, li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fil-fajls ta’ informazzjoni għall-klijent jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal waqt is-servizz kif stabbiliti skont dak ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, billi jikkunsidraw, fost l-oħrajn, l-użu ta’ data disponibbli minn tagħmir ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw ukoll il-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija abbord jew b’rabta mal-vetturi fil-kampjun li ttejjeb artifiċjalment il-prestazzjoni tal-vettura fit-testijiet imwettqa jew fil-kalkoli magħmula għall-fini ta’ ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil billi, fost l-oħrajn, jużaw data mill-apparat ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija.

Artikolu 13 3.
Fejn jinstab nuqqas ta' korrispondenza tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li ma jistgħux jiġu attribwiti għal funzjonament ħażin tal-għodda ta' simulazzjoni, jew il-preżenza ta' kwalunkwe strateġiji li jtejbu b'mod artifiċjali l-prestazzjoni ta' vettura, bħala riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura li l-fajls tal-informazzjoni tal-klijent, iċ-ċertifikati ta’ konformità u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni individwali jiġu kkoreġuti, skont il-każ. Meta d-data fil-fajls ta’ informazzjoni għall-klijenti, fiċ-ċertifikati tal-konformità u fiċ-ċertifikati tal-approvazzjoni individwali ma tkunx tista’ tiġi kkoreġuta fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni bid-data kkoreġuta. Hija għandha tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati.
Artikolu 13 4.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-proċeduri għat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, tadotta att delegat skont l-Artikolu 17, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-prinċipji gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.