|
+Artikolu 13f 1. |
Artikolu 13f 1.Il-Kummissjoni tista’ timponi multa amministrattiva f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:
(a)
meta ssib li d-data rrapportata mill-manifattur skont l-Artikolu 13b ta’ dan ir-Regolament tiddevja mid-data li tirriżulta mill-fajl tar-rekords tal-manifattur jew miċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna maħruġ fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u d-devjazzjoni tkun intenzjonata jew dovuta għal negliġenza serja;
(b)
meta d-data ma tiġix sottomessa sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 13b(1), it-tieni subparagrafu, u d-dewmien ma jkunx jista’ jiġi debitament ġustifikat. Għall-finijiet tal-verifika tad-data msemmija fil-punt (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti. Il-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u ma għandhomx jaqbżu EUR 30 000 għal kull vettura tqila kkonċernata minħabba devjazzjoni mid-data jew dewmien tad-data kif imsemmija fil-punti (a) u (b). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|