+Artikolu 13f 2.

Artikolu 13f 2.

Il-Kummissjoni għandha, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċedura u l-metodi għall-kalkolu u għall-ġbir tal-multi amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti delegati għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-proċedura għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-sigrieti kummerċjali;

(b) 

fil-kalkolu tal-multi amministrattivi xierqa, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effettività, tal-proporzjonalità u tad-dissważività, filwaqt li tqis, meta rilevanti, is-serjetà u l-effetti tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, l-għadd ta’ vetturi tqal ikkonċernati minn devjazzjoni mid-data jew minn dewmien tad-data, il-bona fide tal-manifattur, il-grad ta’ diliġenza u ta’ kooperazzjoni tal-manifattur, ir-ripetizzjoni, il-frekwenza u d-durata tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, kif ukoll kwalunkwe penali preċedenti imposti fuq l-istess manifattur;

(c) 

il-multi amministrattivi għandhom jinġabru mingħajr dewmien żejjed billi jiġu ssetjati skadenzi għall-ħlas u billi tiġi inkluża, skont kif ikun xieraq, il-possibbiltà li l-ħlasijiet ta’ dawk il-multi jinqasmu f’diversi pagamenti parzjali u fażijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.