+Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 18 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għandu japplika wkoll, għall-fini tal-Artikoli 5a, 5b u 5c, għal vetturi tal-kategoriji O3 u O4.”;

(2) 

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5a

Rekwiżiti speċifiċi għall-manifatturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.  

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji O3 u O4 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-influwenza ta’ dawk il-vetturi fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur tkun iddeterminata b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5c;

(b) 

jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

2.  
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, tat-tagħbija u tal-kilometraġġ b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

Għandhom jiżguraw ukoll li l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u l-konsum tal-elettriku ta’ dawk il-vetturi jiġu determinati b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5c.

Artikolu 5b

Rekwiżiti speċifiċi għall-Istati Membri fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.  
L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.
2.  
L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 5c

Miżuri għad-determinazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a) 

metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4 fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet ta’ vetturi bil-mutur;

(b) 

rekwiżiti tekniċi għat-tqegħid ta’ apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u tal-kilometraġġ ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbijiet jew il-piż totali ta’ vetturi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) u tal-kombinazzjonijiet tagħhom ma’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4, inkluża t-trażmissjoni ta’ data bejn il-vetturi fi ħdan kombinazzjoni, kif ikun meħtieġ;

(c) 

metodoloġija għad-determinazzjoni tal-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u tal-konsum tal-elettriku ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13a.

(3) 

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.09.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1242
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.