ANNESS II
Proċeduri ta’ aġġustament imsemmijin fl-Artikolu 11
1. Aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza wara emenda tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fl-Artikolu 11(2)
Wara emenda tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fl-Artikolu 11(2), l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmijin fil-punt 3.1.2 tal-Anness I għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid.
Għal dak l-għan, l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vetturi tqal ġodda v tal-perijodu ta’ referenza u tal-vetturi primarji tagħhom determinati għal profil tal-missjoni mp, kif imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness I, għandhom jiġu aġġustati kif ġej:
CO2v,mp = CO2(RP)v,mp · (Σ r sr,sg · CO2r,mp)/ (Σ r sr,sg · CO2(RP)r,mp)
CO2pv,mp = CO2p(RP)v,mp · (Σ r sr,sg · CO2pr,mp)/ (Σ r sr,sg · CO2p(RP)r,mp)
Fejn
|
Σ r
|
hija s-somma tal-vetturi tqal rappreżentattivi kollha r għas-subgrupp tal-vetturi sg;
|
|
sg
|
huwa s-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila v;
|
|
sr,sg
|
huwa l-piż statistiku tal-vettura tqila rappreżentattiva r fis-subgrupp tal-vetturi sg;
|
|
CO2(RP)v,mp
|
hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila v fi g/km, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp u fuq il-bażi tad-data ta’ monitoraġġ tal-perijodu ta’ referenza;
|
|
CO2(RP)r,mp
|
hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila rappreżentattiva r fi g/km, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu kif ġie applikat fil-perijodu ta’ referenza;
|
|
CO2r,mp
|
hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila rappreżentattiva r, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu skont l-emendi msemmijin fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament;
|
|
CO2p(RP)v,mp
|
hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila v fi g/km, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp u fuq il-bażi tad-data ta’ monitoraġġ tal-perijodu ta’ referenza;
|
|
CO2p(RP)r,mp
|
hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila rappreżentattiva r fi g/km, kif determinati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu kif ġie applikat fil-perijodu ta’ referenza;
|
|
CO2pr,mp
|
hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila rappreżentattiva r, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu skont l-emendi msemmijin fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.
|
L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandhom jiġu nnormalizzati skont l-Anness III bl-użu ta’ dawk iċ-ċifri għall-parametri msemmijin fl-Artikolu 14(1), il-punt (f), li jkunu applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 11(2), il-punt (a).
Il-vetturi tqal rappreżentattivi għandhom jiġu definiti f’konformità mal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 11(3).
2. Applikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati skont l-Artikolu 11(2)
Jekk fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ xi vetturi tqal ġodda ta’ manifattur ikunu ġew iddeterminati bl-emendi msemmijin fl-Artikolu 11(2), l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCOsg
tas-subgrupp tal-vetturi sg użati fil-punti 4 u 5.1 tal-Anness I għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
rCO2sg = Σ,i Vsg,i/Vsg x rCO2sg,,i
fejn:
|
Σ,i
|
hija s-somma ta’:
—
għal i = 0: il-proċedura mhux emendata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2, li għalihom huma applikabbli l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza inizjali mingħajr aġġustamenti, u
—
għal i ≥ 1: l-emendi sussegwenti kollha msemmijin fl-Artikolu 11(2);
|
|
Vsg
|
huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y u s-subgrupp tal-vetturi sg;
|
|
Vsg,i
|
huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y u fis-subgrupp tal-vetturi sg, li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom ġew iddeterminati bl-emenda i;
|
|
rCO2sg,i
|
huma:
—
għal i = 0: l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza mhux aġġustati
—
għal i ≥ 1: l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza li ġew iddeterminati għas-subgrupp tal-vetturi sg bl-emenda i.
|