+Artikolu 5 Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti

Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
B’effett mill-1 ta’ Mejju 2021, il-fornituri għandhom idaħħlu l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII fil-bażi tad-data tal-prodotti qabel ma jqiegħdu fis-suq tajer prodott wara dik id-data.
Artikolu 5 2.
Għal tajers li jkunu ġew prodotti bejn il-25 ta’ Ġunju 2020 u t-30 ta’ April 2021, il-fornitur għandu jdaħħal l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII fil-bażi tad-data tal-prodotti sat-30 ta’ Novembru 2021.
Artikolu 5 3.
Għal tajers li jitqiegħdu fis-suq qabel il-25 ta’ Ġunju 2020, il-fornitur jista’ jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni li tinsab fl-Anness VII.
Artikolu 5 4.
Sakemm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma tkunx iddaħħlet fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi talba minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
Artikolu 5 5.
Fejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jeħtieġu informazzjoni oħra minbarra dik li tinsab fl-Anness VII biex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament, il-fornitur għandu jipprovdilhom dik l-informazzjoni fuq talba.
Artikolu 5 6.
Tajer li għalih isiru bidliet li jkunu rilevanti għat-tikketta tat-tajer jew għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandu jitqies tip ta’ tajer ġdid. Il-fornitur għandu jindika fil-bażi tad-data tal-prodotti meta ma jibqax iqiegħed fis-suq unitajiet kummerċjali ta’ ċertu tip ta’ tajer.
Artikolu 5 7.
Wara li l-aħħar unità ta’ tip ta’ tajer tkun tqiegħdet fis-suq, il-fornitur għandu jżomm l-informazzjoni dwar dak it-tip ta’ tajer fil-parti dwar il-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti għal perijodu ta’ ħames snin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0740
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.