+Artikolu 6 Obbligi tad-distributuri tat-tajers
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.

Artikolu 6 Obbligi tad-distributuri tat-tajers

Obbligi tad-distributuri tat-tajers

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

(a) 

fil-post tal-bejgħ, it-tajers ikollhom fuqhom tikketta tat-tajer, fil-forma ta’ stiker, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, ipprovduta mill-fornitur skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni li tidher b’mod ċar u li tinqara kollha kemm hi, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli, inkluż, fuq talba, f’forma stampata; jew

(b) 

qabel il-bejgħ ta’ tajer li jkun parti minn lott ta’ tajers identiċi, wieħed jew aktar, it-tikketta tat-tajer, f’forma stampata, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, tintwera lill-utent aħħari u tidher b’mod ċar qrib it-tajer fil-post tal-bejgħ, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli.

Artikolu 6 2.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li kwalunkwe reklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer juri t-tikketta tat-tajer. Jekk ir-reklam viżiv jindika l-prezz għal dak it-tip ta’ tajer, it-tikketta tat-tajer għandha tintwera qrib l-indikazzjoni tal-prezz.

Għal reklami viżivi fuq l-internet ta’ tip speċifiku ta’ tajer, id-distributuri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.

Artikolu 6 3.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta’ tajer juri t-tikketta tat-tajer u jinkludi l-informazzjoni li tinsab fl-Anness IV.
Artikolu 6 4.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li, fejn it-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari fil-ħin tal-bejgħ, huma jipprovdu lill-utent aħħari kopja tat-tikketta tat-tajer qabel il-bejgħ.
Artikolu 6 5.
Id-distributuri għandhom jiżguraw li għal kwalunkwe bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq karta stampata tintwera t-tikketta tat-tajer u li l-utenti aħħarija jistgħu jaċċessaw l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web li jagħti aċċess bla ħlas, u jistgħu jitolbu kopja stampata tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
Artikolu 6 6.
Id-distributuri li jbigħu mill-bogħod abbażi tat-telemarketing għandhom jinfurmaw lill-utenti aħħarija bil-klassijiet għal kull wieħed mill-parametri fuq it-tikketta tat-tajer, u jinfurmaw lill-utenti aħħarija li huma jistgħu jaċċessaw it-tikketta tat-tajer u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web li jagħti aċċess aċċess bla ħlas, u billi jitolbu kopja stampata.
Artikolu 6 7.
Għat-tajers mibjugħa jew offerti għal bejgħ fuq l-internet, id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tikketta tat-tajer tintwera qrib l-indikazzjoni tal-prezz u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli. Id-daqs tat-tikketta tat-tajer għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b’mod ċar u għandu jkun proporzjonat għad-daqs speċifikat fil-punt 2.1 tal-Anness II.

Id-distributuri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer għal tip speċifiku ta’ tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0740
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.