|
+ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN |
ANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIENANNESS V PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN 1. Definizzjonijiet Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji, li l-ismijiet tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju, u li huwa kapaċi jikseb il-preċiżjoni tar-riżultati tat-testijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;
(2)
“laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;
(3)
“tajer ta’ allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;
(4)
“sett ta’ tajers ta’ allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers ta’ allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;
(5)
“valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer ta’ allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li huwa rappreżentattiv tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;
(6)
“magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl; pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda. 2. Dispożizzjonijiet ġenerali 2.1. Prinċipju Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm,l ), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub minn magna f’laboratorju kandidat (c), (RRCm,c ), għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu. 2.2. Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers Is-settijiet ta’ tajers ta’ allinjament għandhom jintgħażlu għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju skont il-kriterji li ġejjin. Għandu jintgħażel sett wieħed ta’ tajers ta’ allinjament għat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3:
(a)
is-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, jew tat-tajers C3; fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, u l-inqas RRCm tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:
(i)
3 N/kN għal tajers C1 u tajers C2; u
(ii)
2 N/kN għal tajers C3;
(b)
l-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm,c jew RRCm,l ), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer ta’ allinjament tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jitqassam b’mod ugwali;
(c)
il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati. Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:
(a)
it-tajer ta’ allinjament juri kondizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; jew
(b)
ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm,c jew RRCm,l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna. 2.3. Metodu ta’ kejl Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n huwa speċifikat fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, filwaqt li japplika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Kull darba li jitkejjel tajer ta’ allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu. Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:
(a)
il-valur imkejjel ta’ kull tajer ta’ allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);
(b)
il-valur medju tal-aħħar tliet valuri mkejla għal kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorju ta’ referenza) jew il-valur medju tal-aħħar n valuri mkejla ta’ kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorji kandidati); u
(c)
id-devjazzjoni standard (σm ), kif ġej:
fejn:
2.4. Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Sussegwentement il-kalkoli għandhom isiru biċ-ċifri kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ulterjuri għajr fl-ekwazzjonijiet ta’ allinjament aħħari. Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa tliet pożizzjonijiet deċimali. Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa żewġ pożizzjonijiet deċimali. Il-koeffiċjenti kollha ta’ allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa erba’ pożizzjonijiet deċimali. 3. Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji ta’ referenza u d-determinazzjoni tal-valuri assenjati Il-valuri assenjati għal kull tajer ta’ allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u l-validità tal-valuri assenjati. Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u jkollu devjazzjoni standard (σm) kif ġej:
(a)
mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u
(b)
mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C3. Is-settijiet ta tajers ta’ allinjament li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk. Il-valur assenjat ta’ kull tajer ta’ allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament. 4. Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju ta’ referenza mal-valuri assenjati Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna. L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni A1 l u B1 l , għandhom jiġu kkalkolati kif ġej: RRC = A1 l × RRCm,l + B1 l fejn:
5. Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji kandidati Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna. Sett komuni ta’ ħames tajers differenti li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u sussegwentement minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers ta’ allinjament. Il-laboratorju kandidat għandu jipprovdi s-sett ta’ tajers ta’ allinjament lil-laboratorju ta’ referenza magħżul. Il-laboratorju kandidat (c) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u preferibbilment ikollu devjazzjonijiet standard (σm) kif ġej:
(a)
mhux akbar minn 0,075 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u
(b)
mhux akbar minn 0,06 N/kN għat-tajers C3. Jekk id-devjazzjoni standard (σm ) tal-laboratorju kandidat tkun ogħla minn dawk il-valuri wara erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u sussegwentement in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:
n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ fejn: γ = 0,043 N/kN għal tajers C1 u tajers C2; γ = 0,035 N/kN għal tajers C3. 6. Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju kandidat Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej: RRCm,l = A2 c × RRCm,c + B2 c fejn:
Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R2 huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat. L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat għandu jiġi kkalkulat kif ġej: RRC = (A1 l × A2 c ) × RRCm,c + (A1 l × B2 c + B1 l ) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|