3. Meta nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess jikkawża riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni jew kwalunkwe parti responsabbli oħra għandhom minnufih jissospendu il-provvista tal-ilma reklamat sakemm l-awtorità kompetenti tiddetermina li tkun ġiet restawrata l-konformità, billi jiġu segwiti l-proċeduri definiti fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma, skont il-punt (a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.