+Artikolu 7 Kontroll tal-konformità
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
|
Artikolu 7 Kontroll tal-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk hemmx konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess. Il-kontrolli tal-konformità għandhom jitwettqu permezz tal-mezzi li ġejjin:
|
(a)
|
kontrolli fuq il-post;
|
|
(b)
|
data ta’ monitoraġġ miksuba b’mod partikolari skont dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
kwalunkwe mezz ieħor adegwat.
|
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni u, fejn rilevanti, il-partijiet responsabbli l-oħra jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex terġa’ tinkiseb il-konformità mingħajr dewmien u jinfurmaw minnufih lill-utenti aħħarin affettwati.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Meta nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess jikkawża riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni jew kwalunkwe parti responsabbli oħra għandhom minnufih jissospendu il-provvista tal-ilma reklamat sakemm l-awtorità kompetenti tiddetermina li tkun ġiet restawrata l-konformità, billi jiġu segwiti l-proċeduri definiti fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma, skont il-punt (a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Jekk iseħħ inċident li jaffettwa l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess, l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni jew kwalunkwe parti oħra responsabbli għandhom minnufih jgħarrfu lill-awtorità kompetenti u lill-partijiet l-oħra li jistgħu jkunu potenzjalment milquta, u jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tal-impatti ta’ tali inċident.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika regolarment il-konformità mill-partijiet responsabbli mal-miżuri u l-kompiti stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għall-użu mill-ġdid tal-ilma.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|