+Artikolu 11 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5

Artikolu 11 Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, l-Istati Membri li fihom l-ilma reklamat huwa użat għat-tisqija agrikola kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom:

(a)

jistabbilixxu u jippubblikaw sas-26 ta’ Ġunju 2026, u wara dan jaġġornaw kull sitt snin, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament u informazzjoni oħra li trid tkun disponibbli għall-pubbliku, online jew b’mezzi oħra, skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jistabbilixxu, jippubblikaw u jaġġornaw kull sena wara dan, sett ta’ data li jkun fih informazzjoni dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-permess, li nġabret skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, u informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 7(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 11 3

3.   Abbażi tas-settijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tfassal, tippubblika u taġġorna, fuq bażi regolari jew fuq talba mill-Kummissjoni, ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni. Dik il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi, kif xieraq, l-indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta’ dan ir-Regolament, il-mapep u r-rapporti tal-Istati Membri.

Artikolu 11 4

4.   Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-format u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-paragrafu 1, kif ukoll regoli dettaljati fir-rigward tal-format u l-preżentazzjoni tal-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 11 5

5.   Sas-26 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi linji gwida biex tappoġġa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.