|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Dan ir-Regolament japplika:
(a)
għar-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati:
(i)
fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill KEE Nru 11 ( 1 );
(ii)
fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE ( 2 );
(iii)
fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(iv)
l-Artikoli 9(2), 16(1) u l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) 2024/1157 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ); dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mill-uffiċċji doganali previsti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni;
(v)
fil-Kapitolu 5.4 tal-Parti 5 tal-Anness A għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), konkluż f’Ġeneva fit-30 ta’ Settembru 1957, kif imsemmi fit-Taqsima I.1 tal-Anness I għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ); fil-Kapitolu 5.4. tal-Parti 5 tar-Regolamenti li jikkonċernaw Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), li jidher bħala Appendiċi C għall-COTIF konkluż f’Vilnius fit-3 ta’ Ġunju 1999, kif imsemmi fit-Taqsima II.1 tal-Anness II għal dik id-Direttiva; u l-Kapitolu 5.4 tal-Parti 5 tar-Regolamenti annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), konkluż f’Ġeneva fis-26 ta’ Mejju 2000, kif imsemmi fit-Taqsima III.1 tal-Anness III għal dik id-Direttiva;
(b)
ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati f’atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont att legali tal-Unjoni msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Dawk l-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu elenkati fil-Parti A għall-Anness I għal dan ir-Regolament;
(c)
ir-rekwiżiti għal informazzjoni regolatorja stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali elenkati fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|