+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

“dekummissjonar” tfisser il-miżuri amministrattivi u tekniċi f’konformità mal-liġi nazzjonali li jippermettu t-tneħħija tal-verifiki regolatorji kollha, jew ta’ wħud minnhom, minn faċilità nukleari u li għandhom l-għan li jiżguraw il-protezzjoni fit-tul tal-pubbliku u tal-ambjent, inkluż it-tnaqqis tal-livelli ta’ residwi tar-radjonuklidi fil-materjali u fis-sit tal-faċilità nukleari;

Artikolu 2 (2)

“pjan ta’ dekummissjonar” tfisser dokument li fih informazzjoni dettaljata dwar id-dekummissjonar propost u li jkopri dan li ġej: l-istrateġija ta’ dekummissjonar magħżula; l-iskeda, it-tip u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ dekummissjonar; l-istrateġija tal-ġestjoni tal-iskart applikata, inkluż ir-rilaxx; l-istat aħħari propost; il-ħżin u r-rimi tal-iskart mid-dekummissjonar; il-perijodu ta’ żmien speċifikat għad-dekummissjonar; l-istimi tal-ispejjeż għat-tlestija tad-dekummissjonar; u l-objettivi, ir-riżultati mistennija, l-istadji importanti, id-dati ta’ mira, kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin korrispondenti, inkluż, kif xieraq, l-indikaturi bbażati fuq il-valur gwadanjat. Il-pjan ta’ dekummissjonar jitħejja mid-detentur tal-liċenzja tal-faċilità nukleari u huwa rifless fil-programmi ta’ ħidma pluriennali tal-Programm;

Artikolu 2 (3)

“programm Kozloduy” tfisser il-parti tal-Programm li tikkonċerna d-dekummissjonar nukleari tal-Unitajiet 1 sa 4 tal-impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Kozloduy, li jinsab f’Kozloduy, il-Bulgarija;

Artikolu 2 (4)

“programm Bohunice” tfisser il-parti tal-Programm li tikkonċerna d-dekummissjonar nukleari tal-Unitajiet 1 u 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Bohunice V1, li jinsab f’Jaslovské Bohunice, is-Slovakkja;

Artikolu 2 (5)

“programm għad-dekummissjonar u għall-ġestjoni tal-iskart tal-JRC” tfisser il-parti tal-Programm li tikkonċerna d-dekummissjonar nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv tal-istallazzjonijiet nukleari tal-Kummissjoni fis-siti tal-JRC, jiġifieri JRC-Geel fil-Belġju, JRC-Karlsruhe fil-Ġermanja, JRC-Ispra fl-Italja u JRC-Petten fin-Netherlands.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0100
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.