Artikolu 8
Għandu jsir kull sforz biex titkompla l-prattika ta’ kofinanzjament stabbilita fil-qafas tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u l-assistenza pprovduta matul il-programmi finanzjarji pluriennali preċedenti għall-isforzi ta’ dekummissjonar tal-Litwanja, kif ukoll biex jiġi attirat kofinanzjament minn sorsi oħra kif ikun adatt.
Ir-rata massima ġenerali ta’ kofinanzjament tal-Unjoni applikabbli skont il-Programm għandha tkun ta’ 86 %. Il-finanzjament li jifdal għandu jkun provdut mil-Litwanja u minn sorsi oħra għajr il-baġit tal-Unjoni. L-attivitajiet meħtieġa għad-disseminazzjoni tal-għarfien imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom jiġu ffinanzjati mill-Unjoni b’rata ta’ 100 %.