+Artikolu 5 L-Objettiv Speċifiku 2 - Intelliġenza Artifiċjali
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5 L-Objettiv Speċifiku 2 - Intelliġenza Artifiċjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 2 - L-Intelliġenza Artifiċjali għandu jkollha l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
(a)
tibni u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ IAu l-għarfien ewlenin fl-Unjoni, inkluż il-bini u t-tisħiħ tar-riżorsi tad-data ta’ kwalità u l-mekkaniżmi ta’ skambju korrispondenti, u libreriji tal-algoritmi, b’garanzija li jkun hemm approċċ inklużiv bil-bniedem fil-qofol tiegħu u li jirrispetta l-valuri tal-Unjoni;
(b)
tagħmel il-kapaċitajiet msemmija fil-punt (a) aċċessibbli għan-negozji kollha, speċjalment l-SMEs u n-negozji ġodda, kif ukoll is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-universitajiet, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, sabiex jiġi mmassimizzat il-benefiċċju tagħhom għas-soċjetà u l-ekonomija Ewropea;
(c)
tirrinforza u tinnetworkja l-ittestjar tal-IA u l-faċilitajiet ta’ esperimentazzjoni fl-Istati Membri;
(d)
tiżviluppa u ssaħħaħ is-sistemi ta’ applikazzjoni u produzzjoni kummerċjali sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni tat-teknoloġiji fil-ktajjen tal-valur u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u biex tqassar iż-żmien meħtieġ biex tgħaddi mill-innovazzjoni għall-isfruttament kummerċjali u titrawwem l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA f’oqsma ta’ interess pubbliku u fis-soċjetà.
Soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA u d-data li tkun disponibbli għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-privatezza u s-sikurezza fid-disinn u għandhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-Kummissjoni, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali, inkluż il-Karta, u b’konsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, għandhom jistabbilixxu rekwiżiti etiċi fil-programmi ta’ ħidma taħt l-Objettiv Speċifiku 2. Sejħiet għall-proposti, sejħiet għall-offerti u ftehimiet ta’ għotja għandhom jinkludu r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dawk il-programmi ta’ ħidma. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli biex tiżgura l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti etiċi. Il-finanzjament għall-azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti etiċi jista’ jiġi sospiż, terminat jew imnaqqas fi kwalunkwe ħin f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.
|
|
Artikolu 5 3.
|
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 2 għandhom ikunu implimentati primarjament permezz ta’ ġestjoni diretta. Ir-rekwiżiti etiċi u legali msemmija f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-azzjonijiet kollha tal-Objettiv Speċifiku2 irrispettivament mill-metodu ta’ implimentazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|