+Artikolu 7 L-Objettiv Speċifiku 4 - Ħiliet Diġitali Avvanzati
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 L-Objettiv Speċifiku 4 - Ħiliet Diġitali Avvanzati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati f’oqsma koperti mill-programm sabiex jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta’ talenti fl-Ewropa, jitnaqqas id-distakk diġitali u jitrawwem aktar professjonaliżmu, b’mod speċjali fir-rigward tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-cloud computing, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta’ reġistru distribwit (pereżempju il-blockchain), it-teknoloġiji tal-kwantum, ir-robotika, l-IA filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-bilanċ bejn is-sessi. Sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u biex tiġi mħeġġa l-ispeċjalizzazzjoni fit-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet diġitali, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:

(a) 

tappoġġa t-tfassil u t-twassil ta’ taħriġ fit-tul u korsijiet ta’ kwalità għolja, inkluż it-taħriġ imħallat, għall-istudenti u għall-forza tax-xogħol;

(b) 

tappoġġa t-tfassil u t-twassil ta’ taħriġ u korsijiet ta’ terminu qasir ta’ kwalità għolja għall-forza tax-xogħol, b’mod partikolari fl-SMEs u fis-settur pubbliku;

(c) 

tappoġġa taħriġ ta’ kwalità għolja fuq il-post tax-xogħol u l-kollokamenti għall-istudenti, inkluż traineeships, u l-forza tax-xogħol, b’mod partikolari fl-SMEs u fis-settur pubbliku.

Artikolu 7 2.
L-azzjonijiet taħt l-Objettiv Speċifiku 4 għandhom ikunu implimentati primarjament permezz ta’ ġestjoni diretta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.