|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Objettiv Speċifiku 4. Il-Ħiliet Diġitali Avvanzati għandhom jappoġġaw l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali avvanzati f’oqsma koperti mill-programm sabiex jikkontribwixxu biex tikber il-ġabra ta’ talenti fl-Ewropa, jitnaqqas id-distakk diġitali u jitrawwem aktar professjonaliżmu, b’mod speċjali fir-rigward tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-cloud computing, l-analitika tal-big data, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji ta’ reġistru distribwit (pereżempju il-blockchain), it-teknoloġiji tal-kwantum, ir-robotika, l-IA filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-bilanċ bejn is-sessi. Sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u biex tiġi mħeġġa l-ispeċjalizzazzjoni fit-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet diġitali, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssegwi l-objettivi operazzjonali li ġejjin:
(a)
tappoġġa t-tfassil u t-twassil ta’ taħriġ fit-tul u korsijiet ta’ kwalità għolja, inkluż it-taħriġ imħallat, għall-istudenti u għall-forza tax-xogħol;
(b)
tappoġġa t-tfassil u t-twassil ta’ taħriġ u korsijiet ta’ terminu qasir ta’ kwalità għolja għall-forza tax-xogħol, b’mod partikolari fl-SMEs u fis-settur pubbliku;
(c)
tappoġġa taħriġ ta’ kwalità għolja fuq il-post tax-xogħol u l-kollokamenti għall-istudenti, inkluż traineeships, u l-forza tax-xogħol, b’mod partikolari fl-SMEs u fis-settur pubbliku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|