+Artikolu 9 Baġit
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.

Artikolu 9 Baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun EUR 8 168 000 000 fi prezzijiet attwali.
Artikolu 9 2.

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

(a) 

EUR 2 019 914 000 għall-Objettiv Speċifiku 1 — Computing ta’ Prestazzjoni Għolja;

▼M2

(b) 

EUR 1 760 806 000 għall-Objettiv Speċifiku 2 - Intelliġenza Artifiċjali;

(c) 

EUR 1 372 020 000 għall-Objettiv Speċifiku 3 - Ċibersigurtà u Fiduċja;

(d) 

EUR 482 640 000 għall-Objettiv Speċifiku 4 - Ħiliet Diġitali Avvanzati;

▼M1

(e) 

EUR 1 002 217 000 għall-Objettiv Speċifiku 5 — Tħejjija għall-Użu u l-Aqwa Użu tal-Kapaċitajiet u l-Interoperabbiltà Diġitali;

(f) 

EUR 1 575 000 000 għall-Objettiv Speċifiku 6 — Semikondutturi.

Artikolu 9 3.
L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża wkoll għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni, inkluż bl-użu ta’ sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.
Artikolu 9 4.
L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.
Artikolu 9 5.
Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tal-Istat Membru konċernat, jiġu ttrasferiti għall-Programm, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027, inkluż biex jiġu kkomplementati għotjiet mogħtija lil azzjoni, sa 100 % tal-kost totali eliġibbli fejn possibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament stabbilit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 9 6.
Fejn il-Kummissjoni ma tkunx daħlet f’impenn legali taħt ġestjoni diretta jew indiretta għar-riżorsi ttrasferiti f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, ir-riżorsi mhux impenjati korrispondenti jistgħu jiġu ttrasferiti lura għal programm wieħed jew aktar ta’ sors rispettiv, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027.
Artikolu 9 7.
F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, fil-każijiet debitament ġustifikati speċifikati fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament u għal perijodu limitat, azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament u l-ispejjeż sottostanti jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk ikunu ġew implimentati u mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja.
Artikolu 9 8.
B’deroga mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mhux użati għall-azzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u tal-azzjonijiet li jappoġġaw l-assistenza reċiproka skont ir-Regolament (UE) 2025/38, li jsegwu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punt (g), ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja li jmiss. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu informati bl-approprjazzjonijiet riportati skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.