|
+Artikolu 12 5a. |
Artikolu 12 5a.Il-paragrafu 5 ma għandux japplika, għal dak li għandu x’jaqsam mal-entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni iżda huma kkontrollati minn pajjiżi terzi, għal kwalunkwe azzjoni li timplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-azzjoni kkonċernata:
(a)
ikun hemm riskju reali, meta jitqiesu r-riżultati tal-immappjar imwettaq skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2025/38, li l-għodod, l-infrastrutturi jew is-servizzi neċessarji u suffiċjenti sabiex dik l-azzjoni tikkontribwixxi b’mod adegwat għall-objettivi tas-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà ma jkunux disponibbli mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri;
(b)
ir-riskju tas-sigurtà li jsir akkwist minn tali entitajiet ġuridiċi fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà jkun proporzjonali għall-vantaġġi u ma jikkompromettix l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|