+Artikolu 12 Sigurtà
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 5a.
---+Artikolu 12 5b.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.

Artikolu 12 Sigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
L-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ sigurtà applikabbli, inkluż mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali u b’mod partikolari fir-rigward tl-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata kontra divulgazzjoni mhux awtorizzata. Fil-każ tal-azzjonijiet imwettqa barra mill-Unjoni li jużaw jew jiġġeneraw informazzjoni klassifikata, minbarra l-konformità mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq, tali azzjonijiet imwettqa għandhom ikunu soġġetti għal ftehim ta’ sigurtà konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz li fih titwettaq l-attività.
Artikolu 12 2.
Fejn xieraq, il-proposti u l-offerti li jridu jiġu sottomessi mill-applikanti għandhom jinkludu awtovalutazzjoni tas-sigurtà li tidentifika kwalunkwe kwistjoni ta’ sigurtà u li tagħti dettalji dwar kif għandhom jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet sabiex ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.
Artikolu 12 3.
Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp fdat bl-implimentazzjoni tal-Programm għandhom iwettqu rieżami tas-sigurtà tal-proposti għal finanzjament sottomessi mill-applikanti li jqajmu kwistjonijiet ta’ sigurtà.
Artikolu 12 4.
Fejn xieraq, l-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm għandhom jikkonformaw mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 ( 6 ), u r-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni.
Artikolu 12 5.
Il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u entitajiet ġuridiċi li jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda li jkunu kkontrollati minn pajjiżi terzi ma jkunux eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew uħud minnhom taħt l-Objettiv Speċifiku 3 u f’azzjonijiet iffukati fuq teknoloġiji b’potenzjal ta’ użu doppju taħt kwalunkwe objettiv speċifiku għal raġunijiet ta’ sigurtà debitament ġustifikati. F’każijiet bħal dawn, is-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti għandhom ikunu ristretti għall-entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri. Tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati għall-aċċess għall-kapaċitajiet implimentati taħt tali sejħiet. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati u applikati biss fejn ikun strettament meħtieġ.
Artikolu 12 5a.

Il-paragrafu 5 ma għandux japplika, għal dak li għandu x’jaqsam mal-entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni iżda huma kkontrollati minn pajjiżi terzi, għal kwalunkwe azzjoni li timplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-azzjoni kkonċernata:

(a) 

ikun hemm riskju reali, meta jitqiesu r-riżultati tal-immappjar imwettaq skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2025/38, li l-għodod, l-infrastrutturi jew is-servizzi neċessarji u suffiċjenti sabiex dik l-azzjoni tikkontribwixxi b’mod adegwat għall-objettivi tas-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà ma jkunux disponibbli mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri;

(b) 

ir-riskju tas-sigurtà li jsir akkwist minn tali entitajiet ġuridiċi fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà jkun proporzjonali għall-vantaġġi u ma jikkompromettix l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Artikolu 12 5b.

Il-paragrafu 5 ma għandux japplika, għal dak li għandu x’jaqsam mal-entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni iżda huma kkontrollati minn pajjiżi terzi, għall-azzjonijiet li jimplimentaw ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati fir-rigward tal-azzjoni kkonċernata:

(a) 

ikun hemm riskju reali, meta jitqiesu r-riżultati tal-immappjar imwettaq skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (UE) 2025/38, li t-teknoloġija, l-għarfien espert jew il-kapaċità neċessarji u suffiċjenti għar-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà sabiex taqdi b’mod adegwat il-funzjonijiet tagħha ma jkunux disponibbli mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti jew meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri;

(b) 

ir-riskju tas-sigurtà li tali entitajiet ġuridiċi jiġu inklużi fir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà jkun proporzjonali għall-vantaġġi u ma jikkompromettix l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Artikolu 12 6.
►C2  Jekk debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-programm ta’ ħidma jista’ jipprevedi wkoll li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi assoċjati u l-entitajiet ġuridiċi li jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jkunu kkontrollati minn pajjiżi terzi jistgħu jkunu eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet kollha jew f’xi wħud minnhom fl-ambitu tal-Objettivi Speċifiċi 1, 2 u 6 biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-entitajiet ġuridiċi biex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni f’dokumenti kklassifikati. Dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma. ◄

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll, għal dak li għandu x’jaqsam mal-entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fl-Unjoni iżda huma kkontrollati minn pajjiżi terzi, għall-azzjonijiet fl-ambitu tal-Objettiv Speċifiku 3 sabiex:

(a) 

jimplimentaw is-Sistema Ewropea ta’ Allert għaċ-Ċibersigurtà fejn japplika l-paragrafu 5a; u

(b) 

jimplimentaw ir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtàfil-każijiet fejn japplika l-paragrafu 5b.

Artikolu 12 7.
Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew il-korp fdat bl-implimentazzjoni tal-Programm għandu jwettaq, kontrolli tas-sigurtà. Il-finanzjament għal azzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà msemmija f’dan l-Artikolu jista’ jiġi sospiż, terminat jew imnaqqas fi kwalunkwe ħin skont ir-Regolament Finanzjarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.