+Artikolu 16 Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
|
Artikolu 16 Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Għandu jiġi stabbilit network inizjali tal-Hubs Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali matul l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-Programm. Dak in-netwek inizjali għandu jikkonsisti minn tal-inqas hub wieħed għal kull Stat Membru, sakemm ma jkun hemm ebda kandidat fi Stat Membru partikolari li jkun jista’ jiġi nnominat u magħżul f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Għall-fini li jiġi stabbilit in-network imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull Stat Membru għandu jinnomina entitajiet kandidati b’konformità mal-proċeduri u l-istrutturi amministrattivi u istituzzjonali nazzjonali tiegħu permezz ta’ proċess miftuħ u kompetittiv, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a)
il-kompetenzi xierqa relatati mal-attivitajiet tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-kompetenzi f’qasam wieħed jew aktar identifikati fl-Artikolu 3(2);
(b)
il-kapaċità ta’ ġestjoni xierqa, il-persunal u l-infrastruttura meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
il-mezzi operattivi u legali biex jiġu applikati r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarji stabbiliti fuq livell ta’ Unjoni; u
(d)
il-vijabbiltà finanzjarja xierqa, li tikkorrispondi għall-livell ta’ fondi tal-Unjoni li ser tkun imsejħa li tamministra u murija, fejn xieraq, permezz ta’ garanziji preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjoni dwar l-għażla tal-entitajiet li jiffurmaw in-network inizjali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2). Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ l-opinjoni ta’ kull Stat Membru qabel ma tagħżel Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropew fit-territorju tiegħu. L-entitajiet għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni minn fost l-entitajiet kandidati innominati mill-Istati Membri abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kriterji addizzjonali li ġejjin:
(a)
il-baġit disponibbli għall-finanzjament tan-network inizjali; u
(b)
il-ħtieġa li n-network inizjali jiżgura kopertura tal-ħtiġijiet tal-industrija u l-oqsma ta’ interess pubbliku u li jiżgura kopertura ġeografika bbilanċjata u komprensiva biex itejjeb il-konverġenza bejn l-Istati Membri li jibbenefikaw mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-2021 sal-2027 stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Istati Membri l-oħra, pereżempju li jitnaqqas id-distakk diġitali f’termini ġeografiċi.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Jekk meħtieġ, wara proċess miftuħ u kompetittiv, il-Kummissjoni, għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta deċiżjonijiet dwar l-għażla ta’ entitajiet li jifformaw Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej addizzjonali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2). Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-Istat Membru qabel ma tagħżel Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropew addizzjonali fit-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tagħżel Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej addizzjonali b’tali mod li tiżgura kopertura ġeografika wiesgħa madwar l-Ewropa. L-għadd ta’ entitajiet tan-network għandu jkun suffiċjenti biex jissodisfa d-domanda tas-servizzi tal-hubs fi Stati Membri partikolari. Biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet speċifiċi affaċċjati mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, jistgħu jiġu nominati entitajiet speċifiċi biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ tali reġjuni.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej għandu jkollhom awtonomija ġenerali sostanzjali sabiex jistabbilixxu l-organizzazzjoni, il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tagħhom.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm, il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej għandhom iwettqu l-attivitajiet li ġejjin għall-benefiċċju tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs u l-mid-caps, kif ukoll is-settur pubbliku:
(a)
jissensibilizzaw u jipprovdu jew jiżguraw l-aċċess, għall-għarfien espert, in-knowhow u s-servizzi fit-trasformazzjoni diġitali, inkluż l-ittestjar u l-esperimentazzjoni tal-faċilitajiet;
(b)
jassistu lin-negozji, speċjalment lill-SMEs u lin-negozji l-ġodda, lill-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi sabiex isiru aktar kompetittivi u sabiex itejbu l-mudelli kummerċjali tagħhom bl-użu tat-teknoloġiji l-ġodda koperti mill-Programm;
(c)
jiffaċilitaw it-trasferiment tal-għarfien espert u n-knowhow bejn ir-reġjuni, b’mod partikolari permezz ta’ tqabbil għall-SMEs, in-negozji ġodda u l-mid-caps stabbiliti f’reġjun partikolari mal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej stabbiliti f’reġjuni oħra li huma l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi rilevanti; jinkoraġġixxu l-iskambji ta’ ħiliet u għarfien, inizjattivi konġunti u prattiki tajbin;
(d)
jipprovdu, jew jiżguraw aċċess għal servizzi tematiċi, fosthom b’mod partikolari servizzi marbuta mal-IA, l-HPC u ċ-ċibersigurtà u l-fiduċja lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, lill-SMEs jew lill-mid-caps;
(e)
jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-partijiet terzi taħt Objettiv Speċifiku 4.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej jistgħu jispeċjalizzaw f’servizzi tematiċi speċifiċi u m’għandhomx għalfejn jipprovdu s-servizzi tematiċi kollha jew jipprovdu dawk is-servizzi lill-kategoriji kollha tal-entitajiet imsemmija f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Fejn Hub tal-Innovazzjoni Diġitali Ewropew jirċievi finanzjament mill-Programm, il-finanzjament għandu jkun fil-forma ta’ għotjiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|