+Artikolu 18 Entitajiet ġuridiċi eliġibbli
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.

Artikolu 18 Entitajiet ġuridiċi eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

L-entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw fil-Programm:

(a) 

entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

(i) 

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma’ Stat Membru;

(ii) 

pajjiż terz assoċjat mal-Programm skont l-Artikoli 10 u 12;

(b) 

kwalunkwe entità ġuridika oħra maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni u kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali ta’ interess Ewropew

Artikolu 18 2.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi fejn il-parteċipazzjoni tagħhom tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm. Tali entitajiet għandhom iġarrbu l-ispiża tal-parteċipazzjoni tagħhom sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-programmi ta’ ħidma.
Artikolu 18 3.
Persuni fiżiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli li jipparteċipaw fil-Programm, ħlief għall-għotjiet mogħtija taħt l-Objettiv Speċifiku 4.
Artikolu 18 4.
Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 24 jista’ jipprovdi li l-parteċipazzjoni tkun limitata għall-benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri biss, jew għall-benefiċjarji stabbiliti fl-Istati Membri u pajjiżi assoċjati speċifiċi jew pajiiżi terzi oħra, fejn ikun hemm raġunijiet ta’ sigurtà għal tali limitazzjoni jew fejn l-azzjonijiet jirrelataw direttament mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni. Kwalunkwe limitazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi’pajjiżi assoċjati għandha tikkonforma mat-termini u l-kondizzjonijiet tal-ftehim rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.