+Artikolu 24 Programmi ta’ ħidma
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.

Artikolu 24 Programmi ta’ ħidma

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 24 2.
Il-programmi ta’ ħidma fil-prinċipju għandhom ikunu adottati bħala programmi pluriennali, tipikament kull sentejn, u jkopru l-objettivi ġenerali tal-Programm kif ukoll objettiv speċifiku, wieħed jew aktar. Jekk ikunu ġġustifikati bi ħtiġijiet ta’ implimentazzjoni speċifiċi, huma jistgħu jiġu adottati wkoll bħala programmi annwali.
Artikolu 24 3.
Il-Programmi ta’ Ħidma għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi speċifiċi tal-Programm, kif stabbilit fl-Artikoli 4 sa 8, filwaqt li jqisu wkoll l-oqsma u t-tipi ta’ attivitajiet stabbiliti fl-Anness I. Għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati hemmhekk ma jeskludux il-finanzjament privat.
Artikolu 24 4.
Sabiex tirrifletti l-bidla teknoloġika u l-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30 biex temenda l-Anness I fir-rigward tal-attivitajiet stabbiliti fih b’mod konsistenti mal-objettivi speċifiċi tal-Programm, kif stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8.
Artikolu 24 5.
Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.
Artikolu 24 6.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-programmi ta’ ħidma għall-Objettiv Speċifiku 2, 4 u 5 u għal azzjonijiet oħra possibbli taħt ġestjoni diretta għall-Objettivi Speċifiċi 1 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.