+Artikolu 25 Monitoraġġ u rapportar
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
|
Artikolu 25 Monitoraġġ u rapportar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness II.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija biex tipprovdi indikaturi għall-valutazzjoni preċiża tal-progress miksub lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1).
|
|
Artikolu 25 3.
|
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30 biex temenda l-Anness II fir-rigward tal-indikaturi li jistgħu jitkejlu, fejn tqis li jkun meħtieġ, kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu sabiex ir-riżultati jkunu adattati għal analiżi fil-fond tal-progress miksub u d-diffikultajiet li jinqalgħu. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u, fejn meħtieġ, fuq l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 25 5.
|
L-istatistiċi uffiċjali tal-UE, bħall-istħarriġiet statistiċi regolari tal-ICT, għandhom jintużaw sal-massimu tagħhom bħala indikaturi tal-kuntest. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-istituti nazzjonali tal-istatistika u għandha tinvolvihom, flimkien mal-Eurostat fit-tfassil inizjali u l-iżvilupp ulterjuri tal-indikaturi statistiċi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm u progress li jkun sar fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|