+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
"proġetti strateġiċi dwar in-natura" tfisser proġetti li jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità billi jimplimentaw programmi ta' azzjoni koerenti fl-Istati Membri sabiex jinkludu dawk l-objettivi u l-prijoritajiet f'politiki u strumenti ta' finanzjament oħra, inkluż permezz ta' implimentazzjoni kkoordinata tal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
"proġetti integrati strateġiċi" tfisser proġetti li jimplimentaw, fuq skala reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji ambjentali jew klimatiċi jew pjanijiet ta' azzjoni żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew politika speċifika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent jew tal-klima jew waħda rilevanti fil-qasam tal-enerġija, filwaqt li jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jkun involuti u jippromwovu l-koordinazzjoni ma' mill-inqas sors ta' finanzjament wieħed ieħor tal-Unjoni, nazzjonali jew privat u l-mobilizzazzjoni tiegħu;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
"proġetti ta' assistenza teknika" tfisser proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapaċità għall- parteċipazzjoni fi proġetti ta' azzjoni standard, it-tħejjija ta' proġetti strateġiċi dwar in-natura u proġetti strateġiċi integrati, it-tħejjija għall-aċċess għal strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni jew miżuri oħra meħtieġa għat-tħejjija tal-espansjoni jew tar-replikazzjoni tar-riżultati minn proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm LIFE, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn programmi oħra tal-Unjoni, bil-ħsieb li jsegwu l-objettivi tal-Programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 3; tali proġetti jistgħu jinkludu wkoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni effettiva fil-Programm LIFE;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
"proġetti ta' azzjoni standard" tfisser proġetti, għajr proġetti integrati strateġiċi, proġetti strateġiċi dwar in-natura jew proġetti ta' assistenza teknika, li jsegwu l-objettivi speċifiċi tal-Programm LIFE;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
"operazzjonijiet ta' taħlit" tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont il-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhuwiex ripagabbli, strumenti finanzjarji, jew it-tnejn, mill-baġit tal-Unjoni ma' forom ta' appoġġ ripagabbli minn istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll minn istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
"entità ġuridika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f'isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew kwalunkwe entità mingħajr personalità ġuridika skont il-punt (c) tal-Artikolu 197(2) tar-Regolament Finanzjarju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|