3. Minn tal-inqas 85 % tal-baġit għall-Programm LIFE għandu jkun allokat:
|
(a)
|
għal għotjiet kif imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (6);
|
|
(b)
|
għal proġetti ffinanzjati permezz ta' forom oħra ta' finanzjament sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18; jew
|
|
(c)
|
fejn ikun xieraq u sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18, għal finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti ffinanzjati minn forom oħra ta' finanzjament ikunu konformi bis-sħiħ mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.
L-ammont massimu allokat għal għotjiet kif imsemmija fl-Artikolu 11(4) għandu jkun ta' EUR 15-il miljun.