+Artikolu 9 Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament tal-Unjoni
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5

Artikolu 9 Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm LIFE b'ġestjoni diretta, jew b'ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 9 2

2.   Il-Programm LIFE jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premji u akkwist. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.

Artikolu 9 3

3.   Minn tal-inqas 85 % tal-baġit għall-Programm LIFE għandu jkun allokat:

(a)

għal għotjiet kif imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (6);

(b)

għal proġetti ffinanzjati permezz ta' forom oħra ta' finanzjament sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18; jew

(c)

fejn ikun xieraq u sal-punt speċifikat fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18, għal finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti ffinanzjati minn forom oħra ta' finanzjament ikunu konformi bis-sħiħ mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.

L-ammont massimu allokat għal għotjiet kif imsemmija fl-Artikolu 11(4) għandu jkun ta' EUR 15-il miljun.

Artikolu 9 4

4.   Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu sa 60 % tal-kostijiet eliġibbli u sa 75 % fil-każ ta' proġetti ffinanzjati fl-ambitu tas-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità', b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħabitats jew l-ispeċijiet ta' prijorità, bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, jew li jikkonċernaw l-ispeċijiet ta' għasafar li jitqiesu bħala prijorità għal finanzjament mill-Kumitat tal-Adattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/147/KE meta dan ikun meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv tal-konservazzjoni. Għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(6) ta' dan ir-Regolament, ir-rata massima ta' kofinanzjament għandha tkun ta' 70 % tal-kostijiet eliġibbli. Mingħajr preġudizzju għar-rati ta' kofinanzjament massimi rilevanti u predeterminati, ir-rati speċifiċi għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Ir-rati speċifiċi jistgħu jiġu adattati skont ir-rekwiżiti ta' kull sottoprogramm, tip ta' proġett jew tip ta' għotja.

Għal proġetti msemmija fl-Artikolu 11(4), ir-rati massimi ta' kofinanzjament ma għandhomx jaqbżu l-95 % tal-kostijiet eliġibbli matul il-perijodu tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali; għat-tieni programm ta' ħidma pluriennali u soġġett għal konferma f'dan il-programm ta' ħidma, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun 75 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 9 5

5.   Il-kwalità għandha tkun il-kriterju li jirregola l-proċess tal-evalwazzjoni u tal-għoti tal-proġetti fil-Programm LIFE. Il-Kummissjoni għandha ssegwi fl-Unjoni kollha kopertura ġeografika effettiva abbażi tal-kwalità, inkluż billi tappoġġa lill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-proġetti permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.