+Artikolu 14 Speċifikazzjoni tal-kriterji għall-għoti
---+Artikolu 14 (a)
---+Artikolu 14 (b)
---+Artikolu 14 (c)
---+Artikolu 14 (d)
---+Artikolu 14 (e)
---+Artikolu 14 (f)
---+Artikolu 14 (g)
---+Artikolu 14 (h)
|
Artikolu 14 Speċifikazzjoni tal-kriterji għall-għoti
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji għall-għoti fil-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fl-Artikolu 18 u s-sejħiet għal proposti, filwaqt li tqis il-prinċipji li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 (a)
|
proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom ikunu ta' interess għall-Unjoni billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 3, u ma għandhomx idgħajfu lil dawk l-objettivi u, kull meta jkun possibbli, għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku;
|
|
Artikolu 14 (b)
|
il-proġetti għandhom jiżguraw approċċ kosteffettiv, u jkunu teknikament u finanzjarjament koerenti;
|
|
Artikolu 14 (c)
|
il-proġetti bl-ogħla potenzjal li jagħtu kontribut għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 għandhom jingħataw prijorità;
|
|
Artikolu 14 (d)
|
proġetti li jipprovdu kobenefiċċji u jippromwovu sinerġiji bejn is-sottoprogrammi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
|
|
Artikolu 14 (e)
|
proġetti bl-ogħla potenzjal li jiġu replikati u użati mis-settur pubbliku jew privat jew li jimmobilizzaw l-akbar investimenti jew riżorsi finanzjarji (potenzjal li jaġixxu ta' katalitiku) għandhom jibbenifikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
|
|
Artikolu 14 (f)
|
għandha tiġi żgurata r-replikazzjoni tar-riżultati tal-proġett ta' azzjoni standard;
|
|
Artikolu 14 (g)
|
proġetti li jibnu fuq jew jespandu r-riżultati ta' proġetti oħra ffinanzjati mill-Programm LIFE, mill-programmi predeċessuri tiegħu jew minn fondi oħra tal-Unjoni, għandhom jibbenefikaw minn bonus fl-evalwazzjoni tagħhom;
|
|
Artikolu 14 (h)
|
fejn xieraq, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proġetti f'żoni ġeografiċi bi bżonnijiet jew vulnerabbiltajiet speċifiċi, bħalma huma żoni bi sfidi ambjentali speċifiċi jew b'restrizzjonijiet naturali, żoni transfruntiera, żoni ta' valur naturali għoli u reġjuni ultraperiferiċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|