+Artikolu 16 Finanzjament kumulattiv u alternattiv
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2

Artikolu 16 Finanzjament kumulattiv u alternattiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm LIFE, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet u li l-azzjoni tkun maħsuba biex tilħaq l-objettivi ambjentali u klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, u ma ddgħajjef lil ebda wieħed minnhom. Ir-regoli tal-programm tal-Unjoni rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

Artikolu 16 2

2.   Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika tal-Viża u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika agrikola komuni (pjanijiet strateġiċi tal-PAK) u li għandhom jiġu ffinanzjati minn mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassru r-Regolament (UE) 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jista' jingħata lil azzjonijiet li jkunu ngħataw ċertifikazzjoni tas-'Siġill ta' Eċċellenza' skont il-Programm LIFE billi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fl-ambitu tal-Programm LIFE;

(b)

ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.