2. Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika tal-Viża u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika agrikola komuni (pjanijiet strateġiċi tal-PAK) u li għandhom jiġu ffinanzjati minn mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassru r-Regolament (UE) 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jista' jingħata lil azzjonijiet li jkunu ngħataw ċertifikazzjoni tas-'Siġill ta' Eċċellenza' skont il-Programm LIFE billi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a)
|
ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti fl-ambitu tal-Programm LIFE;
|
|
(b)
|
ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;
|
|
(c)
|
ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.
|