1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm LIFE, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet u li l-azzjoni tkun maħsuba biex tilħaq l-objettivi ambjentali u klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, u ma ddgħajjef lil ebda wieħed minnhom. Ir-regoli tal-programm tal-Unjoni rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.