+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1)
|
Jenħtieġ li l-Unjoni tħares u tippromwovi l-valuri u l-interessi tagħha madwar id-dinja sabiex taħdem għall-objettivi u l-prinċipji tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5) u l-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
|
|
(2)
|
Sabiex jimplimenta l-qafas internazzjonali l-ġdid stabbilit mill-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, ir-Regolament (EU) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)+ għandu l-għan li jżid il-koerenza u jiżgura l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jikkonċentra l-isforzi tiegħu permezz ta’ strument simplifikat biex itejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki differenti ta’ azzjoni esterna.
|
|
(3)
|
L-objettiv tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari (l-“Istrument”), li jikkomplementa l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947, jenħtieġ li jkun il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi ta’ materjali nukleari f’pajjiżi terzi, li jibnu fuq l-attivitajiet fi ħdan il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Komunità). Fi ħdan dan l-objettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan li jappoġġa l-promozzjoni ta’ trasparenza fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam nukleari tal-awtoritajiet f’pajjiżi terzi.
|
|
(4)
|
Jenħtieġ li l-Istrument jiġi stabbilit għal perijodu ta’ seba’ snin biex it-tul ta’ żmien tiegħu jiġi allinjat ma’ dak tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).
|
|
(5)
|
Dan ir-Regolament jagħmel parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u jenħtieġ li jikkomplementa dawk il-miżuri ta’ kooperazzjoni nukleari li huma ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/947.
|
|
(6)
|
L-Istati Membri tal-Unjoni huma Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari ffirmat fl-1 ta’ Lulju 1968 u japplikaw il-Protokoll Addizzjonali għall-ftehimiet ta’ salvagwardja rispettivi tagħhom mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA).
|
|
(7)
|
Sabiex jibqa’ jsir u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttivi 2009/71/Euratom (4), 2011/70/Euratom (5) u 2013/59/Euratom (6). Dawk id-Direttivi u l-istandard għoli ta’ sikurezza nukleari u ta’ ġestjoni ta’ skart radjuattiv u fjuwil użat implimentat fil-Komunità huma eżempji li għandhom jintużaw biex pajjiżi terzi jitħeġġu jadottaw standards għolja simili.
|
|
(8)
|
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari adottata fis-17 ta’ Ġunju 1994 u l-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Karburant Użat u dwar is-Sigurtà tal-Maniġġar ta’ Skart Radjuattiv adottata fil-5 ta’ Settembru 1997.
|
|
(9)
|
Jenħtieġ li l-Komunità tkompli tikkoopera mill-qrib mal-IAEA skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“it-Trattat Euratom”) fir-rigward tas-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari, biex jinkisbu l-objettivi tal-Kapitoli 3 u 7 tat-Titolu II tat-Trattat Euratom. Il-Komunità tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet u programmi internazzjonali oħra li jipprovaw jiksbu objettivi simili.
|
|
(10)
|
Jenħtieġ li l-Istrument jipprevedi azzjonijiet b’appoġġ għall-objettivi mixtieqa u f’konformità mal-azzjonijiet appoġġati preċedentement skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 237/2014 (7). Dawk l-objettivi jikkonċernaw il-promozzjoni ta’ kultura ta’ sikurezza nukleari effettiva u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta’ sikurezza nukleari u ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni u t-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, il-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, id-dekummissjonar u r-rimedjazzjoni ta’ dawk li kienu siti u installazzjonijiet nukleari, u salvagwardji effiċjenti u effettivi għal materjal nukleari f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati, il-kandidati potenzjali u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.
|
|
(11)
|
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun imsejsa fuq konsultazzjoni, fejn rilevanti, mal-Istati Membri u l-awtoritajiet rilevanti tagħhom, b’mod partikolari l-awtoritajiet regolatorji kompetenti fil-qasam tas-sikurezza nukleari, mal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari u permezz tal-kumitat tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari, u fuq djalogu mal-pajjiżi sħab. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar assistenza lil pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari adottati fid-9 ta’ Diċembru 2008.
|
|
(12)
|
Jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Komunità jiġu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta’ indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiżi u li jistgħu jitkejlu, adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-objettivi tal-Istrument u preferibbilment jenħtieġ li jkunu msejsa fuq il-Qafas tar-Riżultati tal-UE fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali. Jenħtieġ li l-indikaturi jkunu orjentati lejn il-kwalità, il-prestazzjoni u r-riżultati, sabiex jirrikjedu aktar responsabbiltà u obbligu ta’ rendikont mill-pajjiżi benefiċjarji fil-konfront tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tas-sikurezza.
|
|
(13)
|
Jenħtieġ li l-Unjoni u l-Komunità jfittxu l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex jottimizzaw l-impatt tal-azzjoni esterna tagħhom. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta’ koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni. Sabiex jimmassimizza l-impatt ta’ interventi kkombinati biex jintlaħaq objettiv komuni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti l-kombinament ta’ finanzjamenti ma’ programmi oħrajn tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż.
|
|
(14)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-Istrument, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja fit-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, (8) għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
|
|
(15)
|
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Istrument. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.
|
|
(16)
|
Jenħtieġ li r-regoli u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) 2021/947 japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif xieraq, u jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jirriflettu d-dispożizzjonijiet previsti f’dak ir-Regolament.
|
|
(17)
|
Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premji u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom u l-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li l-forom u l-metodi ta’ implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni stipulati f’dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.
|
|
(19)
|
Jenħtieġ li l-miżuri u l-pjanijiet ta’ azzjoni annwali jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont ir-Regolament Finanzjarju. Il-pjanijiet ta’ azzjoni annwali jikkonsistu f’sett ta’ miżuri miġbura f’dokument wieħed.
|
|
(20)
|
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u biex l-implimentazzjoni tkun tista’ ssir mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, huwa neċessarju li tiġi prevista l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-bidu tas-sena finanzjarja 2021.
|
|
(21)
|
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (11), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (12) u (UE) 2017/1939 (13), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ pieni amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u għandha tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Għal dik ir-raġuni, ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll kwalunkwe kuntratt jew ftehim li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet li espliċitament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-UPPE li jwettqu awditi u verifiki u spezzjonijiet fuq il-post skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jiżguraw li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
|
|
(22)
|
Għalhekk ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014 jenħtieġ li jitħassar.
|
|
(23)
|
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).
|
|
(24)
|
Jenħtieġ li r-referenzi għall-istrumenti ta’ assistenza esterna fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (16) jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolamenti msemmijin hawnhekk. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE.
|
|
(25)
|
Jenħtieġ li l-azzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament isegwu strettament il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
P. SIZA VIEIRA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0948
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|