3. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni, fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma’ programmi u inizjattivi oħrajn, b’mod partikolari dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.