+Artikolu 6 Programmi indikattivi pluriennali
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7

Artikolu 6 Programmi indikattivi pluriennali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata fuq il-bażi tal-programmi indikattivi pluriennali.

Artikolu 6 2

2.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandu jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni kkonċernati, b’mod konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Komunità u fuq il-bażi tal-qafas politiku msemmi fl-Artikolu 5.

Artikolu 6 3

3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jikkostitwixxu bażi ġenerali għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet tal-Komunità għall-kooperazzjoni, fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi kkonċernati, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jindikaw ukoll il-valur miżjud tal-kooperazzjoni u kif għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ma’ programmi u inizjattivi oħrajn, b’mod partikolari dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom objettivi simili u donaturi ewlenin.

Artikolu 6 4

4.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament, l-objettivi speċifiċi, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi tal-prestazzjoni u dawk orjentati lejn ir-riżultati u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull objettiv.

Artikolu 6 5

5.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi jew ir-reġjuni sħab li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati rilevanti, speċjalment l-awtoritajiet governattivi u regolatorji u l-organizzazzjonijiet maħtura minnhom, sabiex jiżguraw li l-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat jieħu biżżejjed sjieda tal-proċess, u biex jinkoraġġixxu appoġġ għal aktar żvilupp tas-sikurezza nukleari fil-livell nazzjonali.

Artikolu 6 6

6.   Fejn rilevanti wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropew dwar is-Sikurezza Nukleari (“ENSREG”), il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi pluriennali f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 6 7

7.   Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2), għandha tirrevedi u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-programmi indikattivi pluriennali mill-inqas erba’ snin wara l-adozzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0948
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.