+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 4.

Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni tal-JTF, inklużi l-ammonti ttrasferiti f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2021/1060, lil programm kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba minbarra l-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament. Dak il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas mill-1 ta’ Marzu 2024.

F’konformità mal-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-JTF u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż.

F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas.

B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP għandhom ikunu pari għal 100 %.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.