+Artikolu 10 Il-programmazzjoni tar-riżorsi tal-JTF
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
|
Artikolu 10 Il-programmazzjoni tar-riżorsi tal-JTF
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi ta’ pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 11 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta’ programm. Ir-riżorsi pprogrammati għandhom jieħdu l-forma ta’ programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta’ prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta’ programmi. Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss, jew kwalunkwe emenda oħra għalih, fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2021/1060. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit lill-JTF ma għandux jaqbeż tliet darbiet l-ammont ta’ appoġġ mill-JTF għal dik il-prijorità bl-esklużjoni tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 10 3.
|
F’konformità mal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rata ta’ kofinanzjament, applikabbli għar-reġjun fejn jinsabu t-territorju jew it-territorji identifikati fil-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għall-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF ma għandhiex tkun ogħla minn:
(a)
85 % għal reġjuni anqas żviluppati;
(b)
70 % għal reġjuni fi tranżizzjoni;
(c)
50 % għal reġjuni aktar żviluppati.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni tal-JTF, inklużi l-ammonti ttrasferiti f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2021/1060, lil programm kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba minbarra l-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament. Dak il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas mill-1 ta’ Marzu 2024. F’konformità mal-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali. F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-JTF u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali. F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż. F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas. B’deroga mill-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rati massimi ta’ kofinanzjament għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw l-objettivi ta’ STEP għandhom ikunu pari għal 100 %.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Meta r-riżorsi tal-JTF jiġu pprogrammati bħala prijoritajiet fi programm li jkun fih ukoll riżorsi tal-FEŻR, tal-FSE+ jew tal-Fond ta’ Koeżjoni, minbarra l-valutazzjoni għal kull programm dwar l-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw mill-ġdid lill-Kummissjoni valutazzjoni komplementari kif ukoll talbiet relatati għal emendi tal-programm, filwaqt li jqisu l-objettivi speċifiċi u l-attivitajiet appoġġati introdotti mir-Regolament (UE) 2025/1914 (
6
) sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għandhom japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060. Tali programm jista’ jibbenefika mill-prefinanzjament addizzjonali ta’ darba msemmi fl-Artikolu 7a(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/1058, meta applikabbli. Meta tali programm jibbenefika minn skadenza estiża għall-eliġibbiltà tan-nefqa kif ukoll għad-diżimpenn f’konformità mal-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) 2021/1058, tali estensjoni għandha tapplika wkoll għar-riżorsi tal-JTF.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Meta r-riżorsi tal-JTF jiġu pprogrammati fi programm iddedikat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet iddedikati biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP jew għall-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, f’konformità mal-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p), ta’ dan ir-Regolament. Meta mill-anqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm jiġu riallokati għal prijorità ddedikata waħda jew aktar imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, fl-2026, tħallas 1,5 % tal-appoġġ totali mill-JTF għall-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba. Barra minn hekk, ir-riallokazzjonijiet għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP approvati fl-emendi tal-programm qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu għandhom jgħoddu wkoll għal-limitu ta’ 10 %. Ir-riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru msemmija fl-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-ammont li jikkorrispondi għall-10 % tar-riżorsi finanzjarji tar-riżorsi tal-programm. Il-prefinanzjament dovut lill-Istat Membru li jirriżulta mill-emendi tal-programm skont ir-riallokazzjoni għall-prijoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jingħadd bħala pagamenti li saru fl-2025 għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, dment li t-talba għall-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025. B’deroga mill-Artikolu 63(2) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-data finali għall-eliġibbiltà tan-nefqa u tad-diżimpenn għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2030. Dik id-deroga għandha tapplika biss meta jkunu ġew approvati l-emendi tal-programm li jirriallokaw mill-anqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm għal prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal tali programmi, meta r-Regolament (UE) 2021/1060 jistabbilixxi d-data finali għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-qafas ta’ prestazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja, tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni, dan għandu jinqara bħala li jirreferi għall-istess data fis-sena ta’ wara. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 2, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2021/1060, għal tali programmi s-sena kontabilistika finali għandha titqies li tirreferi għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2030 sat-30 ta’ Ġunju 2031. Minbarra l-valutazzjoni għal kull programm dwar l-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw mill-ġdid lill-Kummissjoni valutazzjoni komplementari kif ukoll talbiet relatati għal emendi tal-programm, filwaqt li jqisu l-attivitajiet appoġġati introdotti mir-Regolament (UE) 2025/1914 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għandhom japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1056
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|