|
+Artikolu 10 6. |
Artikolu 10 6.Meta r-riżorsi tal-JTF jiġu pprogrammati fi programm iddedikat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu prijoritajiet iddedikati biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP jew għall-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli, f’konformità mal-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (p), ta’ dan ir-Regolament. Meta mill-anqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm jiġu riallokati għal prijorità ddedikata waħda jew aktar imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, fl-2026, tħallas 1,5 % tal-appoġġ totali mill-JTF għall-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba. Barra minn hekk, ir-riallokazzjonijiet għal prijoritajiet iddedikati stabbiliti biex jappoġġaw investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP approvati fl-emendi tal-programm qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu għandhom jgħoddu wkoll għal-limitu ta’ 10 %. Ir-riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru msemmija fl-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-ammont li jikkorrispondi għall-10 % tar-riżorsi finanzjarji tar-riżorsi tal-programm. Il-prefinanzjament dovut lill-Istat Membru li jirriżulta mill-emendi tal-programm skont ir-riallokazzjoni għall-prijoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jingħadd bħala pagamenti li saru fl-2025 għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2021/1060, dment li t-talba għall-emenda tal-programm tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2025. B’deroga mill-Artikolu 63(2) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, id-data finali għall-eliġibbiltà tan-nefqa u tad-diżimpenn għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2030. Dik id-deroga għandha tapplika biss meta jkunu ġew approvati l-emendi tal-programm li jirriallokaw mill-anqas 10 % tar-riżorsi finanzjarji tal-programm għal prijorità ddedikata waħda jew aktar stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Għal tali programmi, meta r-Regolament (UE) 2021/1060 jistabbilixxi d-data finali għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-qafas ta’ prestazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja, tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni, dan għandu jinqara bħala li jirreferi għall-istess data fis-sena ta’ wara. Barra minn hekk, b’deroga mill-Artikolu 2, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2021/1060, għal tali programmi s-sena kontabilistika finali għandha titqies li tirreferi għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2030 sat-30 ta’ Ġunju 2031. Minbarra l-valutazzjoni għal kull programm dwar l-eżitu tar-rieżami ta’ nofs it-terminu li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw mill-ġdid lill-Kummissjoni valutazzjoni komplementari kif ukoll talbiet relatati għal emendi tal-programm, filwaqt li jqisu l-attivitajiet appoġġati introdotti mir-Regolament (UE) 2025/1914 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Għandhom japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/1060. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|